Lokali

Proġetti ta’ tisbieħ fin-Nadur

Il-komunità tan-Nadur qed tgawdi minn proġetti ta’ tisbieħ fosthom fl-ispazju miftuħ ta’ Muxa ta’ San Ġwann u fil-pjazzetta Arċipriet Martin Camilleri.

L-investiment fl-ispazju miftuħ ta’ Muxa ta’ San Ġwann jinkludi trasformazzjoni ta’ bankina tal-konkos għal spazju rikreattiv b’pavimentar ġdid u aċċessibbli. Hekk kif ġew installati bankijiet ġodda filwaqt li ġew introdotti pjanti ġodda.

L-investiment ta’ tisbieħ fil-pjazzetta Arċipriet Martin Camilleri jinvolvi l-ħsieb sabiex isir pavimentar ġdid b’madum porvido, fejn se jiġu installati bankijiet ġodda u aċċessibbli għal kulħadd. Hekk kif se tinbidel ukoll is-sistema tad-dawl li ser tirrispetta l-ambjent tal-madwar u se jiġi installat ħadid ġdid bħala konok għas-siġar eżistenti.

Fid-diskors tiegħu s-sindku Nazzjonalista, Edward Said stqarr li dawn il-proġetti u inizjattivi huma turija ċara ta’ kemm il-Kunsill tan-Nadue qed juża l-fondi mogħtija lilu favur ir-residenti tal-lokalità.