Futbol Sport

Rebħa kbira għall-Awstralja

Awstralja…………………4

Indoneżja………………..0

L-Awstralja kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 fuq l-Indoneżja biex b’hekk avvanzaw għall-kwartifinali tat-Tazza tal-Asja. Il-gowls tal-Awstralja kienu skorjati minn awto-gowl ta’ Elkan Baggott, Martin Boyle, Craig Goodwin u Harry Souttar.

Tajikistan…………………………………..1 (5)

Emirati Għarab Maqgħuda…..1 (3)

It-Tajikistan irnexxilhom jagħmluha għall-fażi li jmiss wara li għelbu lill-Emirati Għarab Maqgħuda 5-3 wara l-għoti tal-penalties wara li l-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1. Kienu t-Tajikistan li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Vahdat Hanonov qabel ma’ Khalifa Mubarak għamel l-iskor 1-1. Bil-partita tibqa’ fi draw sal-120 minuta kienu t-Tajikistan li fl-għoti tal-penalties ħarġu rebbieħa 5-3.