Ilbieraħ bdiet it-tieni fażi tat-Tazza Afrikana bil-logħbiet tat-tieni fażi b’eliminazzjoni diretta fejn Angola u n-Niġerja għaddew għall-kwartifinali tal-kompetizzjoni meta għelbu rispettivament lil Namibja u Kamerun.
Issa fil-kwartifinali Angola jiltaqgħu mal-istess Niġerja.
Kwalifikazzjoni faċli għal Angola minkejja li kellhom lil Neblu mkeċċi wara 17-il minuta.
Iżda minkejja dan huma marru minn fuq fit-38 minuta permezz ta’ Dala u żewġ minuti wara anki Namibja spiċċaw bi plejer inqas meta tkeċċa Haukongo.
Angola rduppjaw fit-42 minuta, mill-ġdid permezz ta’ Gelson Dala u fis-66 minuta Angola għalqu definitivament il-logħba bit-tielet goal skorjat minn Mabululu wara azzjoni oħra ta’ Gelson Dala.
Fit-tieni logħba tal-bieraħ in-Niġerja qatgħu passaġġ mal-aħħar tmienja b’rebħa ta’ 2-0 fuq il-Kamerun.
Għan-Niġerja l-eroj kien l-attakkant ta’ Atalanta Ademola Lookman li skorja doppjetta fis-36 u fid-90 minuta.
Riżultati
Angola v Namibja 3-0
Niġerja v Kamerun 2-0
Illum
Guinea Ek. v Guinea
Eġittu v Rep. Dem. Kongo
//= $special ?>