Lokali Qorti

Żewġ persuni jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ pussess u traffikar tad-droga fost oħrajn

Illum, għall-ħabta tal-11:30, il-Pulizija se tressaq il-Qorti żewġ persuni b’akkużi relatati ma’ pussess, traffikar u kultivazzjoni tad-droga u vjolenza fuq uffiċjal pubbliku, fost oħrajn.

Iż-żewġ persuni, fosthom Rumen, se jitressqu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace.

Ir-Rumen huwa wieħed miż-żewġ persuni li ġew arrestati lbieraħ, wara li fil-pussess tiegħu nstabu 15-il kilo suspettata kokaina, destinata għas-suq lokali, bil-valur li jlaħħaq madwar €2 miljun.

Is-sejba saret wara li l-Pulizija identifikat vettura, Volkswagen Touareg, li kienet għadha kif waslet Malta bil-katamaran minn Sqallija u li allegatament kienet qiegħda ġġor pakketti bil-kokakina.