Lokali Parlament

14,900 reat kriminali fl-2022


Fis-sena 2022 f’Malta u Għawdex kienu rapportati 14,934 reat kriminali. Jirriżulta li fl-2022, f’San Pawl il-Baħar saru l-akbar ammont ta’ reati.


Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari tal-Ministru tal-Intern Byron Camilleri għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista u Shadow Minister dwar l-Intern Darren Carabott li
staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l- Ugwaljanza biex jagħti rendikont, rispettivament għal kull lokalità, ta’ kemm saru reati kriminali fis-snin 2022 u 2023.


Il-Ministru Camilleri ta dettalji dwar kemm saru reati fl-2022 f’kull lokal u qal li li bħal kull sena, il-crime report għas-sena 2023 ikun publikat fi żmien li ġej.


Fost il-lokalitajiet li fihom kien hemm numru sew ta’ reati kriminali kien hemm Ħ’Attard b’222 reat, Birkirkara b’568 reat, Birżebbuġia b’417 reat, Bormla b’234 reat, il-Fgura b’276 reat, il-Gżira bi 333 reat, il-Ħamrun b’527 reat, Ħal Luqa b’222 reat, il-Marsa bi 357 reat, Marsascala bi 332 reat, il-Mellieħa bi 379 reat, il-Mosta b’453 reat, l-Imsida b’485 reat, in-Naxxar bi 331 reat, Paola b’446 reat, Ħal Qormi b’579 reat, ir-Rabat Malta b’262 reat, ir-Rabat Għawdex b’238 reat, San Ġiljan b’1007 reat, San Ġwann b’276 reat, San Pawl il-Baħar b’1369, Santa Venera b’248 reat, il-Belt Valletta b’456 reat, Ħaż-Żabbar bi 377 reat, Ħaż-Żebbuġ bi 308 reat, iż-Żejtun bi 326 reat u ż-Żurrieq b’172 reat.