Tim A Ħamrun Bayern rebħu l-isfida diretta tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika meta għelbu liċ-champions Floriana Premier Cars 5-3 sabiex issa telgħu jaqsmu l-ewwel post flimkien mal-istess avversarji.
Ħamrun sabu ruħhom minn taħt fil-bidu tal-logħba iżda għarfu jdawru l-iskor favurihom sabiex ħadu tliet punti meta għalqu l-partita 5-3.
B’Żejtun Laċċi ma kinux fl-azzjoni, Birżebbuġa Lions jinsabu tliet punti biss ‘il bogħod mill-ewwel positijiet fil-klassifika wara li għelbu 7-1 lil Floriana Ajax MCP filwaqt li Tim A Sliema Lounge u PO’s Bar temmew fi draw ta’ 4-4.
Fit-tieni diviżjoni, is-sitwazzjoni ftit inbidlet hekk kif it-tliet timijiet fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika komplew jirbħu. Il-leaders Tim A Birgu Boċċi Club għelbu faċilment lil Żebbuġ Rangers Darts Team 8-0 filwaqt li Domus Men’s għelbu 7-1 lil Cox Bar.
//= $special ?>