Ukren spiċċa jissielet għal ħajtu wara li nstab mitluf minn sensih quddiem stabbiliment f’San Pawl il-Baħar.
Il-vittma ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar instab mitluf minn sensih fi Triq Ġulju għall-ħabta ta’ nofsillejl neqsin kwart tal-Ħadd filgħaxija…bil-Pulizija minnufih tiġi msejħa flimkien ma tim mediku fil-post…li ħa lill-barrani l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-vittma allegatament kien involut f’argument bil-konsegwenza li huwa waqa’ u ġarrab ġrieħi serji.
Kelliema għall-Pulizija spjegaw li b’rabta mal-każ il-Korp qed ikellem żagħżugħ ta’ 20 sena residenti San Pawl il-Baħar bil-għan li jgħid fl-investigazzjonijiet.
Filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace qed tmexxi inkjesta, hija ħatret numru ta’ esperti sabiex jassistuha.
//= $special ?>