Lokali Parlament

Fl-2023 attendew 7,280 persuna fil-GU clinic


Fl-2023 attendew 7,280 persuna fil-GU clinic.


Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru tas-Saħħa Joe Etienne Abela meta kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello li staqsiet lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jgħid kemm pazjenti attendew il-GU clinic sena b’sena fl-aħħar għaxar snin.


Il-Ministru tas-Saħħa wieġeb li jinsab infurmat li minn informazzjoni miġbura mill-GU Clinic, in-numru ta’ attendenzi (visti mat-tabib) fil-GU Clinic ta’ Malta mis-sena 2013 sas-sena 2023.


Jirriżulta li fl-2013 attendew 3,035 persuna, fl-2014 attendew 1,687, fl-2015 attendew 3,969, fl-2016 attendew 5,428, fl-2017 attendew 5,864, fl-2018 attendew 6,255, fl-2019 attendew 6,399, fl-2020 attendew 4,113 persuna, fl-2021 attendew 6,516, fl-2022 attendew 6,483 u fl-2023 attendew 7,280 persuna.