Mijiet ta’ bdiewa Franċiżi qed jimblukkaw it-toroq prinċipali madwar il-belt kapitali ta’ Pariġi fost il-protesti kontinwi dwar nuqqas ta’ introjtu u l-kompetizzjoni qawwija mingħand l-esportaturi barranin.
Fl-istess ħin qed iseħħu dimostrazzjonijiet simili tal-bdiewa fil-Belġju u l-Ġermanja – fejn id-dimostranti parkjaw l-għexieren tat-tractors qalb ir-rotot strateġiċi li jwasslu lejn il-port ta’ Hamburg.
Fl-istess ħin, il-bdiewa Franċiżi wkoll mexxew il-mijiet tat-tractors biex jimblukkaw it-toroq bħala parti mill-kampanja mlaqqma ‘l-Assedju ta’ Pariġi’.
Kien hemm anki dimostrazzjonijiet ta’ rabja fi bnadi oħra ta’ Franza u meta l-bdiewa qed jipprotestaw ukoll dwar il-burokrazija żejda li qed iżżid mal-problemi tagħhom. Intant, il-bdiewa esprimew id-determinazzjoni tagħhom biex ma jippermettux it-trasport tal-ikel lejn is-supermarkets.
L-awtoritajiet Franċiżi qalu li hemm mal-15,000 Pulizija mobilizzati biex ma jħallux lis-sewwieqa tat-tractors javvanzaw lejn iċ-ċentri ta’ Pariġi; bl-awtoritajiet għaż-żamma tal-liġi qed jieħdu l-istess prekawzjonijiet fi bliet prinċipali oħra.
//= $special ?>