Ginea Ekwatorjali………….0
Ginea……………………………..1
Il-Ginea kisbet rebħa minima ta’ 1-0 fuq il-Ginea Ekwatorjali. Bl-ewwel taqsima tkun kwieta fil-55 minuta, l-Ginea Ekwatorjali sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Federico Bikoro. Ftit tal-minuti wara l-Ginea Ekwatorjali fallew penalty permezz ta’ Emilio Nsue. Fl-aħħar sekondi tal-partita, kienu l-Ginea li skorjaw il-gowl tar-rebħa permezz ta’ Mohamed Bayo
Eġittu………………………1 (7)
DR Congo……………….1 (8)
L-Eġittu kienu eliminati mit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani meta kienu megħluba mid-DR Congo 8-7 wara l-għoti tal-penalties. Kienu d-DR Congo li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Mechak Elia fis-37 minuta, bl-Eġittu jġibu l-iskor indaqs permezz ta’ penalty ta’ Mostafa Mohamed. Fil-ħin barrani l-Eġittu sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Mohamed Hamdi. Bil-partita tibqa’ fi draw ta’ 1-1 sal-120 fl-għoti tal-penalties kienu d-DR Congo li ħarġu rebbieħa 8-7.
//= $special ?>