Għawdex Kunsilli Lokali Lokali

Il-Gvern jaqbad u jneħħi l-bring-in sites min-Nadur

“Ħallewna mingħajr bing-in sites. Tgħaffiġ u tkissir ta’ sistemi”.

Dan kien il-messaġġ li wassal is-Sindku Nazzjonalista tan-Nadur Edward Said b’reazzjoni għat-tneħħija tal-bring-in sites, hekk kif ġie kkonfermat li l-kumpanijja li kienet tħaddem il-bring-in sites mhux ser tkompli topera – u minflok ser ikun hemm kumpanija li ser tieħu ħsieb l-bring-in sites kollha li hemm f’Għawdex.

Il-Gvern u l-Ministeru t’Għawdex baqgħu totalment fil-muta dwar din il-mossa, li possibbilment taf toħloq aktar telqa u ħmieġ madwar il-gżira; minħabba li n-nies tħallew mingħajr alternattiva.

Is-Sindku Edward Said stqarr li ma kien hemm l-ebda komunikazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet dwar din il-bidla, u stqarr li il-kunsilli qed jintħallew fil-limbu.

Fuq il-media soċjali, hu eleka d-diffikultajiet li l-kunsill jgħaddi minnhom kuljum minħabba n-nuqqas ta’ komunikazzjoni, fejn qal li saħansitra anke CCTV cameras tneħħew; u s’issa m’hemmx pjan għal installazjoni ta’ bring-in sites ġodda.

Hu stqarr ukoll li minħabba l-festi tal-Karnival fin-Nadur huwa importanti ferm li jiġu stallati mill-ġdid dawn il-bring-in sites minħabba l-eluf ta’ nies li jattendu. Dan ikompli jikkonferma kemm id-deċiżjonijiet li jittieħdu jixdhu nuqqas ta’ pjan qawwi mill-awtoritajiet.