F’Diċembru li għadda, l-inflazzjoni fuq ikel mhux ipproċessat irdoppjat. Dan ġie kkonfermat mill-Bank Ċentrali aktar kmieni llum, hekk kif ġie ppubblikat l-aġġornament ekonomiku ta’ kull xahar.
Filwaqt li l-inflazzjoni tal-ikel baqgħet stabbli, u żdiedet marġinalment għal 8.3% wara tnaqqis aktar qawwi fix-xhur preċedenti, ir-rata tal-inflazzjoni għall-ikel mhux ipproċessat tidher li qed tiżdied sew.
Ir-rata tal-inflazzjoni ta’ ikel mhux ipproċessat, bħal-laħam, ħut, frott u ħaxix, telgħu għal12.2% f’Diċembru li għada. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 6.7% mix-xahar ta’ qabel.
Sadanittant, r-rata tal-inflazzjoni tal-ikel ipproċessat, niżlet b’0.2% minn 7.3% għal 7.1% matul l-istess perjodu.
Jirdoppjaw il-prezzijiet tal-ikel mhux ipproċessat
