Għat-tieni darba fil-karriera, Michelle Bonnici Mallia rebħet il-Kampjonat tal-European Jiu Jitsu International Open.
Wara li fl-2011 Bonnici Mallia kienet rebħet il-Kampjonat fl-edizzjoni li saret fil-Portugall, wara waqfa ta’ seba’ snin, hija għamlet ritorn fil-Brazilian Jiu Jitsu sabiex wara tlettax-il sena għat-tieni darba fil-karriera rebħet il-Kampjonat tal-Ewropa.
Fil-proċess, Bonnici Mallia għelbet lil Evelyn Song tal-Istati Uniti, għaxar sekondi mit-tmiem, lill-Brażiljana Fernandade Melo Oliveira bi sweep u lil Vianey Garcia Contreras tal-Brażil b’żewġ punti.
Bonnici Mallia kienet ir-raba’ suċċess fl-Ewropa għal Avant Garde Brazilian Jiu Jitsu Malta mmexxi mill-Head Coach Thomas Van der Eechen.
//= $special ?>