F’post fuq il-midja soċjali l-Arċidjoċesi ta’ Malta esprimiet dispjaċir għall-inċident li jikkonċerna saċerdot tal-parroċċa taż-Żurrieq dan filwaqt li preżentament qed taħdem ma’ dawk kollha kkonċernati sabiex tindirizza din is-sitwazzjoni.
L-Arċidjoċesi saħqet li l-prijorità hija l-ġid tas-saċerdot kif ukoll tal-komunità.
Dan filwaqt li appellat lill-pubbliku sabiex ikun empatiku u sensittiv ma’ dawk kollha kkonċernati speċjalment meta jsiru kummenti fuq il-media soċjali.
//= $special ?>