Raġel ta’ 47 sena mill-Maċedonja ma tgħax il-kunsens tiegħu biex jiġi estradit lejn il-Bulgarija wara li l-awtoritajiet f’dak il-pajjiż iriduh jgħaddi proċess fuq serqa organiżżata bl-armi li wasslet biex jinstrqu għadd ta’ mobiles u diversi oġġetti fil-konfront ta’ kumpanija ta’ l-assikurazzjoni.
Meta mistoqsi mill-Maġistrat Rachel Montebello, Goran Stojanovsi qal li huwa ma kienx qed jagħti l-kunsens tiegħu għall-estradizzjoni għax kien qed jikkontesta l-każ. Il-Qorti nfurmatu li l-akkużi li qed jiffaċċa huma serji u li dawn jikkonsistu f’serqa li allegatament saret ma’ persuna oħra għad-dannu ta’ diversi persuni, fejn fost l-oġġetti misruqa minbarra mobiles kien hemm ukoll ċwievet.
Wara li semgħet lill-akkużat jgħid li ma jridx jagħti l-kunsens tiegħu biex jiġi estradit, il-Qorti qalet li se tibda tisma’ l-provi dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew mill-aktar fis, bid-data skedata tkun dik tat-Tlieta 30 ta’ Jannar fl-10am. Għal Stojanovski qed jidher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Martin Fenech. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Roderick Spiteri.
//= $special ?>