Il-Prinċipessa Catherine ta’ Wales ħarġet mill-isptar ta’ Londra fejn kienet ilha rikoverata għal kważi ġimgħatejn wara li saritilha l-kirurġja f’żaqqha.
Stqarrija mill-Palazz ta’ Kensington fl-Ingilterra konfermat li l-Prinċipessa issa ritornat lura d-dar f’Windsor u li hi qed turi progress kontinwu wara l-kirurġija neċessarja.
Il-Prinċipessa ta’ Wales kellha ddum tlettax il-lejl konsekuttivi fil-London Clinic, li hu sptar privat fil-kapitali, u filwaqt li t-tobba ma żvelawx in-natura eżatta tal-kirurġija, mifhum li hi se teħtieġ ix-xhur sakemm tirkupra kompletament mill-proċedura.
Lanqas mhu mistenni li l-Priniċpessa tkun tista’ tkompli bid-doveri rjali tagħha qabel, almenu, il-btajjel tal-Għid.
//= $special ?>