Tħabbret il-mewt tal-attriċi Taljana Sandra Milo fl-età ta’ 90 sena.
Dan ħabbritu l-familja ta’ Milo hekk kif ġie spjegat li mietet fir-residenza tagħha mdawwra mill-qraba u l-ħbieb.
Hija kienet waħda mill-aktar atturi popolari Taljani tas-snin sittin rinomata għall-interpretazzjonijiet tagħha fil-films ta’ Federico Fellini.
Oriġinarjament imwielda Salvatrice Elena Greco…f’Tunis lura f’Marzu tal-1933 – hija ħadmet ma’ diversi diretturi fosthom Antonio Pietrangeli, Sergio Corbucci, Pupi Avati, u proprju Fellini li miegħu kienet iddikkjarat li kellha relazzjoni intima.
Ta’ 15-il sena kienet iżżewġet lil markiż Cesare Rodighiero…liema żwieġ kien dam biss 21 jum.
Fost il-films li tibqa’ rinomata għalihom insibu Giulietta degli spiriti, Fantasmi a Roma u Il generali Della Rovere.
