Raġel ta’ 44 sena residenti Ħal Tarxien ġie arrestat b’rabta ma’ allegat kultivazzjoni ta’ pjanti
tal-kannabis.
L-arrest sar ilbieraħ fis-0700 ta’ filgħaxija wara li persuna għamlet rapport fl-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar, li sabet xi oġġetti neqsin mir-residenza tagħha u indikat min allegatament seta’ kien involut.

Għaldaqstant, il-Pulizija marru fir-residenza tiegħu f’Ħal Tarxien biex issir tfittxija. Hemmhekk il-Pulizija innutaw ammont konsiderevoli ta’ pjanti tal-kannabis li kienu qegħdin jiġu kkultivati, waqt li ġew elevati iżjed minn €15,000 fi flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>