Lokali Parlament

Għandhom jinbnew appartamenti iżgħar iżda komdi u affordabbli


Toni Bezzina, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella biex ikun hemm kunsiderazzjoni li jinbnew appartamenti iżgħar iżda komdi u affordabbli.


Fil-parlament Toni Bezzina qal li 11-il sena ilu ma kienx hawn sitwazzjoni fejn ammonti kbar ta’ nies jgħixu fl-istess kamra jew li jinkrew il-kmamar flok id-djar. Hu qal li l-pajjiż m’għandux imur lura għall-kerrejjiet tal-passat.


Id-deputat Nazzjonalisti tkellem dwar l-ispazju minimu għall-appartamenti u qal li għandu jkun hemm kunsiderazzjonijiet ġodda dwar l-ispazju tal-appartamenti biex ikunu introdotti iktar appartamenti fl-istess spazji. Dan bl-iskop li flok jinkrew il-kmamar jibdew jinkrew l-appartamenti fil-blokok bi prezzijiet affordabbli.


Toni Bezzina qal li l-Maltin imdorrijin jikru apaprtamenti u mhux kmamar għalhekk b’din il-proposta jitnaqqas il-prezz tal-kera billi tkun offruta propjetà mhux kbira, iżda komda u affordabbli. Dan iwassal biex jitnqqas anki l-piż minn fuq l-Istat biex jibni djar soċjali, sostna d-deputat Nazzjonalista.