Birzebbuġa Sailing Club qed jippreparaw biex bejn l-1 u l-4 ta’ Frar jorganizzaw ir-raba’ edizzjoni tal- Yachting Malta Birżebbugia Sailing Club International Regatta, avveniment li mill-ewwel snin, żied fil-popolarità.
Fost il-parteċipanti internazzjonali, il-kontinġent Bulgaru jispikka bħala l-akbar, bi 11-il partecipant minn tliet klabbs. Din is-sena r-regatta se tara d-dħul ta’ klabb ġdid: il-klabb sportiv rinomat Galatasaray mit-Turkija , li se jkun rappreżentat minn erba’ baħrin. Bi tħejjija għal din l-edizzjoni qed isir kamp ta’ taħriġ mifrux fuq tlett ijiem, li attira 30 baħri ħerqana li jsaħħu l-ħiliet tagħhom.
Dan qed jitmexxa minn Ivan Vasilev, Performance Coach tal-Birżebbugia Sailing Club, flimkien ma’ Nikitas Checagioglou mill-Greċja u Maarten Treuren, il-Kowċ Nazzjonali tal-Olanda.
Is-soltu r-regatti għandhom tendenza li jenfasizzaw il-parteċipazzjoni tal-baħrin aktar milli l-involviment tal-Kumitati tat-Tiġrijiet. Madankollu, ir-Regatta Internazzjonali tal-Yachting Malta rnexxielha tiġbed l-attenzjoni minn Uffiċjali Internazzjonali tat-Tlielaq rinomati, fosthom Bojan Gale, li jissorvelja l-Klassi ILCA, u Miguel Amaral, responsabbli mill-Klassi Optimist u huwa wieħed mill-Uffiċjali tat-Tlielaq Olimpijadi f’Pariġi u Pinar Coskuner Genc, membru tal-Ġurija fil-Yachting Malta BSC International Regatta se tkun Uffiċjal Kap tat-Tlielaq għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024.
Il-Yachting Malta Birzebbugia Sailing Club International Regatta ssir taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation b’parteċipanti minn Slovenja, Olanda ,Bulgarija, Ġappun, Ġermanja, Taġikistan,Litwanja,Turkija, u Malta .
//= $special ?>