L-OSCE qed taffaċja sfida li l-ebda organizzazjoni ma affaċċjat f’ dawn l-aħħar sentejn – u din hija problema ta’ budget.
Pero, l-OSCE qed taffaċċja wkoll sfidi sabiex jinstabu persuni għat-tmexxija ta’ din l-organizzazjoni hekk kif is-Segreatrju Ġenerali, ir-Rapreżentant tal-Libertà tal-Media, kif ukoll il-Kummisarju Għoli għall-Minoranzi iridu jimtlew sa Settembru.
Problemi li bla dubju ta’ xejn qed jiġu influwenzati mill-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna – kif spjegatilna l-Ambaxxatriċi Maltija fi Vjenna Natasha Meli Daudey.
Sabiex ikun hemm qbil kemm dwar budget kif ukoll dwar tmexxija irid ikun hemm ftehim bejn is-57 membru stat ta’ din l-organizzazjoni. U propju għalhekk, din kienet ir-raġuni għalfejn Malta ġiet infurmata biex tkun iċ-chair ta’ din l-organizzazjoni fl-aħħar mumenti.
L-Ambaxxatriċi spjegatilna li meta ma jkunx hemm djalogu is-sitwazzjonijiet jiġu aktar komplessi pero biex jitkeċċa pajjiż irid ikun hemm qbil bejn kull pajjiż ftehim li ftit li xejn huwa possibli fil-preżent.
Intant, minkejja li l-OSCE għandha rwol importanti biex iżomm għajnejha fuq il-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna …mhux l-istess jista’ jingħad għas-sitwazzjoni fil-Baħar l-Aħmar
Mal-ambaxxattriċi tkellimna wkoll dwar l-irwol li l-OSCE għandha sabiex il-membri stati jiggarantixxu l-libertà tal-media.
Saqsejna wkoll lill-ambaxxatrici Maltija fl-Awstrija f’liema fażi waslu d-diskussjonijiet dwar il-liġijiet li jiproteġġu lill-ġurnalisti; fosthom ir-riformi tal-iSLAPP u anka d-Defamation Act, fejn qaltilna li dawn huma lesti minn naħa tal-OSCE … minkejja li l-Ministru Ian Borg qalilna li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>