Edukazzjoni Knisja Lokali

Il-Ħamis jiftħu l-applikazzjonijiet għall-iskejjel tal-Knisja

Nhar il‑Ħamis, l‑1 ta’ Frar, se jiftħu l‑applikazzjonijiet online għal ‘Applikanti Oħra’ għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u f’Għawdex għas‑sena skolastika l‑ġdida li tibda f’Settembru li ġej. In‑numru totali ta’ postijiet vakanti huwa ta’ 884 (794 f’Malta u 90 f’Għawdex).

L‑applikazzjonijiet għall‑iskejjel f’Malta u Għawdex se jintlaqgħu bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar u l‑20 u d‑29 ta’ Frar 2024.  L‑applikazzjonijiet għal każijiet ta’ ażil jiftħu f’Marzu.