Arabja Sawdija…………..1 (2)
Korea t’Isfel…………………1 (4)
Il-Korea t’Isfel avvanzaw għall-kwartifinali tat-Tazza tal-Asja wara li għelbu lill-Arabja Sawdija 4-2 bil-penalties wara li sal-120 minuta l-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1. Kienu l-Arabja Sawdija li marru fil-vantaġġ fil-bidu tat-tieni taqsima permezz ta’ Abdullah Radif. Il-gowl li salva l-partita għall-Korea wasal fid-99 minuta permezz ta’ Cho Gue-sung. Bil-partita tibqa’ fi draw ta’ 1-1 kienu l-Korea li ħarġu rebbieħa 4-2.
Uzbekistan………………….2
Tajlandja……………………….1
L-Uzbekistan ukoll avvanzaw għall-fażi li jmiss b’rebħa ta’ 2-1 fuq it-Tajlandja. Azizbek Turgunbaev poġġa lill-Uzbekistan fil-vantaġġ wara 37 minuta. Supachok Sarachart ġab id-draw fit-58 minuta qabel ma’ Abbosbek Fayzullaev skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għall-Uzbekistan.
//= $special ?>