Futbol Sport

Tazza tan-nazzjonijiet Afrikani: Il-Mali u l-Afrika t’Isfel mal-aħħar tmienja

Mali……………………….2

Burkina Faso…………1

Il-Mali kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq il-Burkina Faso biex avvanzaw mal-aħħar tmienja tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. Il-Mali fil-vantaġġ wara tliet minuti permezz ta’ awto-gowl ta’ Edmond Tapsoba. Lassine Sinayoko rdoppja wara l-mistrieħ, b’penalty ta’ Bertrand Traore jnaqqas l-iskor għall-Burkina Faso fis-57 minuta.

Marokk………………….0

Afrika t’Isfel……………2

B’sorpriża, l-Afrika t’Isfel eliminaw lill-Marokk bl-iskor ta’ 2-0. L-Afrika t’Isfel fetħu l-iskor fis-57 minuta permezz ta’ Evidence Makgopa. Fl-84 minuta l-Marokk fallew ċans li jġibu l-iskor indaqs meta Achraf Hakimi falla penalty qabel ma fil-ħin mogħti żejjed Sofyan Amrabat intwera l-karta l-ħamra. L-Afrika t’Isfel aprofittaw minn dan u lejn it-tmiem Teboho Mokoena għamilhom 2-0.