‘Logħba tattika u bilanċjata’
- Paul Zammit, kowċ Sliema Wanderers FC
‘Din kienet l-ewwel logħba tat-tieni round fejn ħadna punt minn logħba diffiċli ħafna. Fl-ewwel round konna tlifna kontra Birkirkara.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Sliema Wanderers Paul Zammit wara d-draw ta’ mingħajr gowls f’waħda mill-logħbiet prinċipali ta’ tmiem il-ġimgħa. Zammit kompla. ‘Birkirkara għandhom skwadra b’saħħitha, forsi r-riżultati mhux qed jirriflettu hekk. Konna nafu li ser insibu avversarju diffiċli. Kienet logħba bilanċjata, b’tattika perfetta miż-żewġ naħat u l-plejers paċenzjużi ħafna. Ħareġ ħafna pożittiv ukoll.’
‘Kien importanti li nieħdu xi ħaġa minn din il-logħba’
- Brian Chetcuti, kowċ Birkirkara FC
‘Wara t-telfa fl-aħħar logħba kien importanti ħafna li nieħdu xi ħaġa minn din il-partita’ Kliem il-kowċ ta’ Birkirkara Brian Chetcuti wara d-draw kontra Sliema. Huwa kompla hekk. ‘ Nemmen li konna ftit superjuri fuq Sliema Wanderers minkejja li l-logħba kien bilanċjata għal ħinijiet twal. Kulħadd jaf li Sliema huwa tim tajjeb ħafna li ssorprenda lil kulħadd dan l-istaġun fejn jinsabu fit-tielet post tal-klassifika. Issa rridu nibdew nikkonċentraw mill-ewwel fuq il-logħba li jmiss li hija waħda diffiċli wkoll kontra t-tim li jinsab fit-tieni post Floriana. Imma jekk nibqgħu nemmnu , r-riżultati jiġu’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Ħamrun Spartans | 14 | 35 |
| Floriana | 14 | 32 |
| Sliema Wanderers | 14 | 29 |
| Marsaxlokk | 14 | 22 |
| Hibernians | 14 | 21 |
| Birkirkara | 14 | 21 |
| Naxxar Lions | 14 | 21 |
| Balzan | 14 | 18 |
| Valletta | 14 | 17 |
| Mosta | 14 | 15 |
| Gżira United | 14 | 14 |
| Santa Lucia | 14 | 12 |
| Gudja United | 14 | 6 |
| Sirens | 14 | 6 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 13 |
| Kemar Reid (Floriana) | 8 |
| Yuri Messias (Marsaxlokk) | 8 |
| Uros Djurnaovic (Ħamrun Spartans) | 8 |
| Sunday Akinbule (Marsaxlokk) | 7 |
| Andrei Ciolacu (Birkirkara) | 7 |
| Federico Falcone (Valletta) | 7 |

LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 3 ta’ Frar, 2024
Stadium Nazzjonali
2.00pm Birkirkara vs Floriana
4.15pm M’Xlokk vs Gudja Utd.
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Valletta vs Sliema W.
4.15pm Mosta vs Sirens
Il-Ħadd 4 ta’ Frar, 2024
Centenary Stadium
11.00am Santa Lucia vs Hibernians
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Ħamrun S. vs Naxxar L.
4.15pm Gżira Utd. Vs Balzan
Stadium Nazzjonali
2.00pm Naxxar L. – M’Xlokk
4.15pm Gudja Utd. – Mosta
//= $special ?>

