Is-surġent William Jerome Rivers, l-ispeċjalista Kennedy Ladon Sanders, u l-ispeċjalista Breonna Alexsondria Moffett, huma t-tliet suldati Amerikani li nqatlu f’attakk ta’ drone fil-Ġordan.
Il-Pentagon attribwixxa dan l-attakk lil Hezbollah appoġġjat mill-Iran, filwaqt li CBS News irrapporta l-użu ta ‘drone magħmul mill-Iran.
L-Istati Uniti, filwaqt li tat tort lill-Iran, enfasizzat ix-xewqa tagħha li tevita l-gwerra iżda wegħdet li se tirrispondi għall-attakki.
L-Iran ċaħad kategorakament li jappoġġja gruppi militanti marbuta mal-attakk.
It-tliet suldati maqtula, li huma minn Fort Moore, il-Georgia fl Istati Uniti, ġew onorati mill-Ġeneral Jody Daniels, li saħaq fuq l-impenn tar-Riżerva tal-Armata biex tappoġġja lill-familji mnikktin.
L-attakk li sewa l-ħajja tat-tliet suldati Amerikani — b’madwar 40 oħra jisfaw midruba b’riżultat tal-istess azzjoni – seħħ f’Rukban, ħdejn il-fruntiera tas-Sirja, f’bażi bl-isem ta’ Tower 22.
Din kienet l-ewwel darba li nqatlu suldati Amerikani kaġun ta’ attakki fil-Lvant Nofsani mindu l-Ħamas wettqu l-attakki terroristiċi storiċi tas-7 ta’ Ottubru fuq il-komunitajiet ta’ Iżrael viċin il-fruntiera ta’ Gaza.
//= $special ?>