Atletika Sport

Rachela Pace tikser ir-rekord nazzjonali indoor tal-long jump

Fil-meeting tal-atletika mill-Pacific North West Events Series fl-Istati Uniti, Rachela Pace kisret ir-rekord nazzjonali indoor tal-long jump b’qabża ta’ 6.31 metri.

Wara li ġimgħatejn ilu bi 13.29 metri kisret ir-rekord nazzjonali indoor tat-triple jump, b’ 6.31 metri miksub fit-tielet prova, Pace kisret ukoll ir-rekord indoor tal-long jump, dak li fl-2015 kienet kisbet Rebecca Camilleri li kien ta’ 6.08 metri.

Rachela Pace ta’ Pembroke Athleta li qed tistudja fl-Università ta’ Fresno fl-Istati Uniti, ikkompetiet għal Fresno State fejn temmet qabel Tamia Ramos ta’ Sacramento State, li qabżet 5.85 metri u Delaney Bahn ta’ Oregon State b’5.84 metri.