Fis-City Ground Arsenal kisbu rebħa missielta ta’ 2-1 fuq Nottingham Forest. Gabriel Jesus fetaħ l-iskor għall-Gunners f’nofs it-tieni taqsima qabel ma Bukayo Saka għamilhom 2-0. Nottingham Forest daħlu fil-partita fid-89 minuta b’gowl ta’ Taiwo Awoniyi.
Newcastle kisbu rebħa importanti ta’ 3-1 barra minn darhom fuq Aston Villa. Newcastle jiftħu vantaġġ ta’ tliet gowls permezz ta’ doppjetta ta’ Fabian Schar u awto-gowl ta’ Alex Moreno. Villa naqsu l-iskor fil-71 minuta permezz ta’ Ollie Watkins.
Luton kisbu rebħa mpressjonanti ta’ 4-0 fuq Brighton. Il-gowls ta’ Luton kienu skorjati minn hat-trick ta’ Elijah Adebayou u Chiedozie Ogbene.
Fi Craven Cottage partita mingħajr storja hekk kif Fulham u Everton temmew fi draw ta’ 0-0.
F’partita mill-isbaħ Crystal Palace għelbu lil Sheffield United 3-2. Sheffield fil-vantaġġ wara biss minuta permezz ta’ Brereton Diaz. Eberechi Eze jġib l-iskor indaqs għall-Palace. James McAtee jpoġġi lil Sheffield fil-vantaġġ qabel ma’ żewġ gowls minn Eze u Michael Olise jdawru l-partita favur Crystal Palace.
//= $special ?>