Ir-Re Karlu tal-Ingilterra, ħareġ mill-isptar privat, London Clinic, wara li qatta’ tlett iljieli hemmhekk wara li kien trattat għal kundizzjoni tal-prostata.
Aktar kmieni, Kate, il-Prinċipessa ta’ Wales, ħarġet ukoll mill-istess sptar ċentrali ta’ Londra, fejn kienet rikoverata għal kważi ġimgħatejn wara li saritilha operazzjoni f’żaqqha. Il-Prinċipessa kienet misjuqa lejn darha f’Windsor, mingħajr ebda dehra pubblika, u mistennija tqatta’ xhur f’irkupru.
Ir-Re deher ħiereġ mill-isptar ilbieraħ waranofsinhar flimkien ma’ martu Camilla, hekk kif xejjer lill-kameras qabel daħal fil-karozza tiegħu.
Huwa mistenni jipposponi l-impenji pubbliċi tiegħu biex jippermetti perjodu ta’ rkupru privat. Mhux magħruf kemm se jdum wieqaf miż-żjarat uffiċjali tiegħu, jew fejn se jqatta’ l-ħin ta’ rkupru.
//= $special ?>