Merħba mill-isbaħ mal-wasla tal-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola fi skola ewlenija f’Kopenhagen – żjara li kienet parti minn vjaġġ li qed tagħmel madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, sabiex tħeġġeġġ liċ-ċittadini jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Ġunju li ġej.
Iż-żgħażagħ kellhom iċ-ċans li jagħmlu mistoqsijiet lill-President tal-Parlament Ewropew dwar it-temi li jinteressawhom fosthom kif l-Ewropa qed tindirizza t-tibdil fil-klima, il-liġijiet innovattivi li ddaħlu relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali u kif l-Unjoni Ewropa qed toffri diversi opportunitajiet ta’ studju, xogħol u esperjenzi f’kulturi differenti.
Hija qalet li ż-żgħażagħ huma l-aġenti tal-bidla, u ħeġġithom jersqu ‘il quddiem, isemmgħu leħinhom u jinvolvu ruħhom fil-politika.
Intant, l-MEP Maltija iltaqgħet mal-ispeaker tal-Parlament Daniż u kellha ukoll numru ta’ intervisti ma’ stazzjonijiet Daniżi.
Iż-żjara tissokta tard it-Tlieta filgħaxija b’laqgħa mal-Prim Ministru tad-Danimarka, qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ nhar il-Ħamis.
//= $special ?>