Futbol Sport

Roma fil-ħames post b’rebħa fuq Salernitana

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Arechi, Roma barra minn darhom għelbu lil Salernitana 2-1.

Riżultat ieħor pożittiv għal De Rossi fit-tmexxija, li issa jinsabu fil-ħames post fil-klassifika f’35 punt.

Rebħa li mmaturat fit-tieni taqsima fejn matul l-ewwel taqsima dominju assolut minn Roma b’pussess sa 73 fil-mija. Fil-51 minuta, Roma fil-vantaġġ. Giulio Maggiora deher li ħa l-ballun b’idu fil-kaxxa. Marco di Bello, kkonsulta l-VAR biex minn penalty Paulo Dybala għeleb lil Guillermo Ochoa. Fis-66 minuta Roma rduppjaw permezz ta’ Lorenzo Pellegrini minn azzjoni ta’Rick Karsdorp.

Reazzjoni minn Salernitana li erba’ minuti wara minn azzjoni ta’ LounTchaouna kien Grigorios Kastanos li għeleb lil Rui Patrico għat 2-1. Skor li bih intemmet ukoll il-partita.