Cape Verde għaddew għall-kwartifinali tat-Tazza Afrikana meta għelbu lill-Mauritania 1-0.
Il-gowl tar-rebħa wasal fit-88 minuta minn azzjoni ta’ penalty li kien skorjat minn Ryan
Mendes.
Cape Verde mal-aħħar tmienja jiltaqgħu mal-Marokk jew l-Afrika t’Isfel li jisfidaw lil xulxin illum.
Fil-partita l-oħra tat-Tnejn, l-organizzaturi, il-Kosta tal-Avorju wkoll għamluha għall-fażi li jmiss wara li eliminaw lis-Senegal bl-għoti tal-penlaties.
Wara 4 minuti kien Habib Diallo li detaħ l-iskr għas-Senegal biex kif kollox deher deċiż, fis-86 minuta l-eks Milan u Barcelona Franck Kessie skorja minn penalty biex sforza l-ħin barrani. L-iskor sal-120 minuta baqa’ ma nbidilx biex bil-lotterija tal-penalties kienu l-KOsta tal-Avorju li għaddew.
Issa l-Kosta tal-Avorju jistennew il-konfront tal-lejla bejn il-Mali u l-Burkina Faso biex ikunu jafu minn huma l-avversarji tagħhom fil-kwarti tal-finali.
Riżultati
C. Verde v Mauritania 1-0
Senegal v K. tal-Avorju 1-1 (K. tal-Avorju jikkwalifikaw bil-penalties)
Illum
Mali v Burkina Faso
Marokk v Afrika t’Isfel