Lokali

Arrestati tliet irġiel wara sejba ta’ droga waqt spjezzjoni tat-traffiku

Tliet irġiel ġew arrestati wara spezzjoni tat-traffiku li saret it-Tnejn filgħaxija f’Raħal Ġdid. L-ispjezzjoni irriżultat f’sejba ta’ ammont sostanzjali ta’ droga li ma kinitx għall-użu personali.

Waqt din l-ispezzjoni, il-Pulizija waqqfu vettura misjuqa minn Ungeriż ta’ 38 sena, residenti San Ġwann u passiġġieri fl-istess vettura kien hemm żewġt irġiel oħra tal-istess nazzjonalità.

Minħabba suspett raġjonevoli, saret tfittxija fil-vettura u fil-bieba tan-naħa tax-xufier instab pouch u fih kien hemm tmien botttijiet b’sustanza bajda suspettata kokaina. Fuq is-seat tal-istess xufier instab basket ieħor u fih kien hemm kontenitur tal-plastik b’numru ta’ pilloli suspettati MDMA mdawrin fil-foil.

Minn aktar tfittxijiet fil-vettura, fuq wara nstab basket tad-drapp u fih kien hemm 11-il borża tal-karti mimlijin kontenituri trasparenti u li fihom kien hemm aktar mill-istess sustanzi kif ukoll sustanza suspettata kannabis.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Rachel Montebello rispettivament, li minn naħa tagħha ħatret diversi esperti. Huma mistennija li jitressqu l-Qorti l-Erbgħa waranofsinhar għall-ħabta tas-2:30 quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea.