“Nirringrazzjawk tal-ħidma tiegħek u tas-sostenn li tul dan it-terminu tajt lid-Dar tal-Providenza.”
Hekk sostna Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, fil-bidu tal-quddiesa ċelebrata proprju fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi f’għeluq it-terminu tal-Presidenza ta’ George Vella.
Akkumpanjat mis-sinjura tiegħu Miriam Vella, l-Erbgħa filgħodu l-President ta’ Malta attenda għal quddiesa ċelebrata proprju minn Fr Martin Micallef u Monsinjur Charles Cordina.
Dan filwaqt li wara, l-President iffirma l-ktieb tal-viżitaturi fil-Mużew Dun Mikiel Azzopardi u sussegwentament daru d-Dar fejn iltaqgħu mar-residenti u l-ħadiema.
Il-President George Vella rringrazzja lid-Direttur Fr. Martin Micallef tad-dedikazzjoni kontinwa tiegħu għall-persuni l-aktar vulnerabbli u faħħar il-ħidma tad-diversi impjegati li jaħdmu f’din id-dar.
Proprju f’April ta’ din is-sena jagħlaq it-terminu ta’ 5 snin tal-President George Vella – iżda s’issa jidher li ma saru ebda diskussjonjiet sabiex jintlaħaq ftehim dwar min se jkun is-suċċessur tiegħu. Il-President il-ġdid irid jiġi approvat mill-Parlament b’vot taż-żewġ terzi tal-Kamra.
//= $special ?>