Basketball Sport

Kampjonat BOV Irġiel: Tamiet ġodda għal Luxol wara rebħa fuq Hibernians

Colin Schembri

Luxol……………..94

Hibernians…….82

(20-23)(23-24)(29-17)(22-18)

Luxol fetħu tamiet ġodda li jakkwistaw post fil-play-offs meta għelbu lil Hibernians 94-82 biex kisbu r-raba’ rebħa tal-kampjonat. Luxol kellhom waħda mill-aħjar wirjiet tal-istaġun ispirati mill-wirjiet stupendi ta’ Nathan Xuereb bi 32 punt u 5 three pointers u Tariq Woody b’35 punt u 2 three pointers. Hibs kellhom nieqes lil Nikola Vasovic fil-waqt li tul il-partita kellhom jagħddu xi ħin mingħajr Mason Hix li kellhu 4 fouls qabel il-halftime u Ivan Demcesen li weġġa. Il-partita kellha bidu bilanċjat u Hibs bdew bit-trippli ta’ Nick Brennen u Matthew Attard biex marru 14-9 minn fuq. Wara risposta minn Woody għal Luxol, Hibs għamlu 65 punti oħra minn Demcesen u Hix. Luxol ġew lura bi break ta’ 9-2 qabel ma basket ta’ Brennen għalaq it-taqsima fuq skor ta’ 20-23. Luxol marru fuq quddiem fil-ftuħ tat-tieni perjodu wara żewġ baskets minn Woody iżda Hibs wieġbu b’run ta’ 10-2 bi trippla ta’ Luke Farrugia. Sensiela ta’ punti konsekuttivi minn Xuereb flimkien ma’ trippla ta’ Isaac Azzopardi reġgħu poġġew lil Luxol minn fuq iżda Hibs għalqu s-sessjoni b’sitt punti mingħajr risposta fosthom trippla minn Attard għal skor ta’ 47-46.

Wara l-intervall kienu Luxol li kellhom l-aqwa bidu meta għamlu run ta’ 14-4 b’żewġ trippli ta’ Xuereb biex marru 57-51 minn fuq. Hibs kellhom risposta mmedjata bil-punti ta’ Brennen u trippla oħra minn Farrugia però Luxol reġgħu għamlu tlett trippli oħra minn Woody, Xuereb u Jean Paul Schembri biex temmew is-sessjoni 72-64 minn fuq. Fl-aħħar perjodu Luxol baqgħu jirrispondu għall-punti ta’ Hibs bit-three pointers minn Schembri Xuereb u Woody u dawn ħallewhom 85-73 minn fuq. Hawn Hibs tilfu lil Hix bil-ħames foul u r-rimonta saret aktar diffiċli għall-players ta’ Mario Tabone minkejja l-punti ta’ Brennen u Demcesen. Luxol għalqu l-partita bl-aħħar punti ta’ Xuereb biex ħarġu rebbieħa 94-82.

Luxol: S. Pace, I. Azzopardi 5, N. Jovanovic, A. Azzopardi, JP Schembri 6, N. Xuereb 32, G. Hulsen 10, T. Woody 35, M. Matijevic 4, S. Cappello 2.

Hibernians: P. Attard 4, B. Zammit, L. Attard, L. Farrugia 8, A. Axiaq 6, R. Aquilina, M. Attard 9, M. Hix 15, I. Demcesen 13, N. Brennen 27.

Referees: Gordon Barbara, Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi.

Mellieħa Libertas Spalding……95

Athleta…………………………………….67

(23-17)(28-18)(19-17)(25-14)

Mellieħa Libertas Spalding saħħew posthom f’ras il-klassifika b’rebħa fuq Athleta 95-67. Athleta kienu mingħajr Piotr Stelmach u l-Amerikan Malik Riddle kellhu partita kwieta ħdejn dawk li kellhu fl-aħħar wirjiet. Athleta kienu għelbu lil Mellieħa fil-logħob tas-shield però Mellieħa ħarġu rebbieħa fil-partiti kollha tal-kampjonat. Athleta kellhom għall-ewwel darba fl-iskwadra lil Eric Abela u kellhom nieqes ukoll lil Chatzimoysis. Athleta fetħu l-partita bi trippla ta’ Luca Stefanovic u basket ta’ Riddle qabel ma Mellieħa rrispondew bi trippli minn Vukassin Jandric u Tederick Wolfe. Athleta reġgħu marru minn fuq bil-punti ta’ Stefanovic u DeJuan Moorer iżda Mellieħa wieġbu b’run ta’ 13-4 hekk kif kellhom it-three pointers minn Jandric, Corrado Mercurio u Robert Bonnici għal skor ta’ 23-17. Mellieħa komplew bl-istess ritmu fil-ftuħ tat-tieni sessjoni hekk kif bdew bi break ieħor ta’ 13-0 bi trippla ta’ Mercurio u l-punti ta’ Wolfe u David Bugeja għal skor ta’ 36-17. Athleta kellhom risposta bil-baskets ta’ Riddle u Mattox qabel ma Mellieħa għamlu disa’ punti oħra mingħajr risposta minn Valdespina bi trippla u Kwame Thompson. Qabel l-intervall, Athleta naqqsu xi ftit id-distakk bil-punti ta’ Matthew Gouder u trippla oħra ta’ Stefanovic però Mellieħa kienu għadhom 16 minn fuq 51-35.

Fit-tielet sessjoni Athleta bdew b’ħames punti biex naqqsu d-distakk però Mellieħa ma damux ma rrispondew hekk kif għamlu break ta’ 12-2 bi trippli minn Jandric u Thompson. Athleta għamlu break qasir ta’ 6-2 u komplew bi trippla ta’ Stefanovic għal skor ta’ 74-53. Fl-aħħar taqsima, Mellieħa ma tawx ċans lill-Athleta jirkupraw hekk kif bdew bi break ta’ 14-4 bil-punti ta’ Bugeja, Wolfe u Bonnici. B’distakk ta’ 27 punt, il-partita issa kienet deċiża għalkemm Athleta kellhom trippla oħra minn Juan Cefai biex Mellieħa ħarġu rebbieħa 95-67.

Mellieħa Libertas: T. Wolfe 25, D. Bugeja 14, R. Bonnici 9, V. Jandric 21, I. Bonett, R. Carabott, K. Thompson 15, E. Valdespina 3, C. Mercurio 8.

Athleta: M. Riddle 15, F. Mifsud Bonnici, N. Buhagiar 4, L. Stefanovic 12, D. Moorer 23, M. Gouder 10, E. Abela, R. Abela, J. Cefai 3.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Artun Bayraktar.

Sigma Depiro…………84

Valletta Fighters…….60

(21-11)(18-20)(22-10)(22-19)

Wara sensiela ta’ telfiet b’distakki minimi, Sigma Depiro rritornaw għar-rebħ fil-kampjonat meta għelbu lil Valletta Fighters 84-60 għalkemm ir-riżultati ta’ qabel ħallewhom ‘l bogħod mill-post mal-ewwel erbgħa. Depiro rkupraw lil Miguel Brincat fil-waqt li Valletta rkupraw lil De Sean Mattox. Depiro kellhom l-aqwa bidu tal-partita fejn għamlu 8 punti mingħajr risposta kollha minn Andrew Aquilina b’żewġ three pointers. L-ewwel punti ta’ Valletta wkoll waslu minn żewġ trippli ta’ Mattox bid-Depiro jwieġbu bil-punti ta’ Cameron Cornelius u Alfred Hollins. Mattox għamel 5 punti oħra hekk kif kien hu biss li għamel il-punti ta’ Valletta f’din it-taqsima. Depiro għalqu l-perjodu bi 8 punti oħra għal skor ta’ 21-11. Fit-tieni sessjoni Valletta kellhom mument mill-aqwa b’erba’ three pointers biex għamlu l-iskor indaqs 27-27. Cornelius bi trippla reġa’ poġġa lil Depiro fuq quddiem u wara basket minn Mattox, kien hemm break qasir ta’ 8-2 minn Depiro li rahom jidħlu jistrieħu 39-31 minn fuq.

It-tielet taqsima fetħet bi trippla minn Andy Attard għal Valletta però hawn Depiro kellhom mument mill-aqwa fejn għamlu 14 -il punt mingħajr risposta fosthom trippli minn Cornelius u Aquilina flimkien ma’  Rooks u Hollins. Valletta waqqfuhom bi trippla ta’ Davide Bellinzona però Rooks u Hollins komplew sejrin bil-punti għal Depiro biex temmew is-sessjoni 62-41 minn fuq. Fl-aħħar perjodu ftit li xejn kien hemm aktar emozzjonijiet hekk kif Depiro komplew jikkontrollaw u jkabbru l-vantaġġ b’aktar three pointers minn Aquilina u Hollins. Lejn it-tmiem Valletta kellhom seba’ punti mingħajr risposta li però serviet biss biex inaqqsu d-distakk hekk kif Depiro rebħu l-partita 84-60.

SIGMA Depiro:,S. Galea, N. Bozovic 10, A. Aquilina 19, N. Grech, A. Hollins 23, A. Micallef, K. Rooks 14, M. Brincat, M. Mallia 7, C. Cornelius 9, N. Bukva 6, M. Debattista 3.

Valletta Fighters: K. Charleston 14, D. Bellinzona 6, N. Da Silva, J. Wait, D. Mattox 27, A. Attard 8, M. Farrugia, F. Lisondra, U. Satyanarayan, N. Cassar 5. Referees: Bernard Vassallo, Julie Londono, Ivica