Basketball Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa: Depiro waħedhom fit-tieni post fl-ewwel telfa ta’ Starlites JSD

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Starlites JSD……49

Depiro…………….68

(17-17)(10-19)(12-16)(10-16)

Depiro taw l-ewwel telfa tal-kampjonat lic-champions Starlites JSD fejn wara li rkupraw minn bidu ħażin qalbu l-partita favur tagħhom biex issa telgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika. Bla dubju, Starltites ħassew in-nuqqas tal-Amerikana Paige Cannon li kienet fl-Istati Uniti għall-okkażjoni tal-kulleġġ preċedenti tagħha. Minkejja dan, Starlites kellhom bidu mill-aqwa u b’erba’ trippli minn erba’ players differenti marru 14-0 minn fuq. Bdiet Michela Zammit Cordina u komplew warajha Steffi De Martino bi tnejn u Mikela Riolo. Wara time-out minn Adrian Baldacchino, Depiro kellhom risposta bi break ta’ 17-0 b’żewġ trippli minn Kirsty Galea flimkien ma’ diversi punti minn Julia Borg u Jose Ann Johnson. Finalment Starltites għamlu basket minn Catherine Cilia biex it-taqsima ntemmet f’parita ta’ 17-17. Depiro fetħu t-tieni perjodu b’disa’ punti oħra mingħajr risposta minn Sophie Abela, Galea u Johnson qabel ma Starltites kellhom l-ewwel basket minn Christina Curmi. Mall-ħin Starltites bdew jirkupraw u wara trippla minn Zammit Cordina u baskets ta’ Maria Bonett naqqsu d-distakk għal 3 punti 27-30. Depiro għalqu b’sitt punti oħra biex daħlu jistrieħu 36-27 minn fuq.

Wara l-intervall kien hemm żewġ baskets oħra minn Depiro qabel ma Starltites wieġbu b’żewġ trippli minn Andie Saliba u Riolo. Depiro wkoll kellhom trippla minn Nicole Agius flimkien ma’ punti minn Claire Ciantar u Johnon għal skor ta’ 82-39. Fl-aħħar perjodu, Depiro kellhom run oħra ta’ 15-5 bill-punti ta’ Johnson u Galea b’din tal-aħħar tagħmel it-tielet trippla tagħha. Starltites għalqu l-partita bil-punti ta’ Riolo u Bonett però kienu Depiro li ħarġu rebbieħa 68-49.   

.

Starlites JSD: M. Zammit Cordina 8, M. Riolo 9, A. Saliba 4, M. Fenech, M. Bonett 9, S. De Martino 14, M. Sciberras, Y. Ferrando, C. Cilia 2, C. Curmi 3.

Depiro: S. Abela 8, Ni. Agius 3, J. Xerri 4, J. Mallia, L. Sciberras 2, No. Agius, C. Ciantar 8, J. Borg 9, J. Johnson 18, N. Borg, K. Galea 16, L. Camilleri.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi

Hibernians………..101

Fusion Quest…….35

(16-14)(25-3)(34-5)(16-13)

Kif mistenni, Hibernians għelbu lit-team ta’ Fusion biex kisbu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat dejjem kontra l-istess avversarji. Però l-bidu tal-partita ma kienx daqshekk żbilanċjat tant li għal tlett darbiet it-team ta’ Fusion kienu fuq quddiem. Fusion kellhom it-trippli minn Julia Schembri u Nicole Vella flimkien ma’ Hayley Grixti biex marru 14-9 minn fuq.Sfortunatament għalijhom, huma ma rnexxielhomx iżommu dan ir-ritmu tul il-partita hekk kif kif minn hemm ‘l quddiem għamlu biss 8 punti oħra sal-aħħar taqsima. Hibs fil-fatt għalqu s-sessjoni b’seba’ punti mingħajr risposta minn Lyndsey Whilby, Jasmine Abela u Kirsty Caruana biex temmew l-ewwel sessjoni 16-14 minn fuq. Fusion għamlu l-ewwel basket tat-tieni sessjoni minn Vella però hawn Hibs għamlu break qawwi ta’ 15-0 bi trippli minn Kaya Calleja u Abela flimkien ma’ Whilby għal skor ta’ 31-16. Fusion kellhom biss free-throw ieħor minn Nicole Montalvo qabel ma Hibs għamlu 10 punti oħra bi trippla oħra ta’ Abela għal skor ta’ 41-17.

Wara l-mistrieħ, l-andament tal-partita baqa’ l-istess bi breaks ta’ Hibs 10-0 u 15-0 interroti b’żewġ baskets ta’ Vella. F’din it-taqsima spikkat Marie Buhagiar b’16 -il punt flimkien ma’ Whilby, Fanny Fabok, Eliza Farrugia u Iona Agius għal skor ta’ 75-22. L-aħħar taqsima fetħet b’10 punti oħra ta’ Hibs li komplew b’żewġ trippli minn Whilby u Calleja li għaqqdet il-mitt punt qabel ma Fusion għalqu l-partita b’żewġ trippli minn Vella u Schembri għal skor finali ta’ 101-35.

Hibernians: M. Buhagiar 18, E. Farrugia 4, F.Fabok 6, I. Agius 10, L. Whilby 27, J. Abela 8, K. Calleja 18, K. Caruana 6, A. Mallia 4.

Fusion Quest: H. Grixti 2, M. Momcilovic, J. Schembri 8, E. Pace 3, M. Opauzki 2, N. Vella 19, N. Montalvo 1.

Referees: Artun Bayraktar, Fiorentina Ciurariu