Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Ridt nibqa’ Malta biex nara din id-drama, imma ma ħallewnix” – Michael Tabone

Għat-tieni episodju ta’ din is-sena il-programm PROFILI, se jkun qed ilaqqana’ ma’ Michael Tabone.

Il-ġrajjiet minn fomm l-attur se jkunu qed iġibu tbissima fuq fomm bosta, b’rakkonti minn fuq il-palk u anki waqt xi xena li rajna b’fervur fuq it-televiżjoni għal bosta drabi.

Jispikka r-rakkont ta’ Michael Tabone, fejn minn Għawdex, bħala familja kienu niżlu Malta għall-festi ċentinarji ta’ San Pawl. Ried jara spettaklu fuq il-palk, u baqa’ jinsisti biex jara din id-drama.

Żgur mhux forsi li din il-miġja ħalliet impatt fuq l-attur biex jinvolvi aktar ruħu fid-drama.

PROFILI għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela.

PROFILI llejla fit-8.30pm fuq Net Television.