Fr. Raymond Portelli huwa qassis u tabib li għal dawn l-aħħar kważi 30 sena kien qed jgħin fil-belt ta´ Iquitos, fl-Amazonja Peruvjana. Apparti li hu kappillan huwa jgħin ukoll fi clinic li taqdi madwar 30 pazjent kuljum, li jiġu mill-irħula qrib tal-belt, nies foqra jfittxu l-għajnuna.
Il-Parroċċa tiprovdilhom l-medicini u l-eżamijiet tal-laboratorju neċessarji biex ikunu jistghu jtejbulhom ħajjithom.
Barra minn hekk għandhom sptar ċkejken fejn jżommu lil dawk li huma f´sitwazjoni delikata ta saħħa, kif ukoll għandhom dar għall-anzjani li m’għandhomx min jieħu ħsiebhom.
Din l-għajnuna kollha qed tingħata bla ħlas u mingħajr għajnuna mill-Gvern tal-post.
Din l-għajnuna ilha tingħata għal madwar 20 sena bl-ispejjeż huma kbar ħafna u għalhekk Fr. Raymond Portelli qed jappella għal għajnuna,
Bħalissa Fr Raymond Portelli jinsab Għawdex u min jixtieq jgħin jista’ jagħmel dan permezz ta’ bank transfer BOV 124 1717 3013. Min jixtieq jagħmel kuntatt miegħu wieħed jista’ jibgħat fuq dan in-numru 99556375.
//= $special ?>