Noel Azzopardi bħal kien iffissa fuq Eric Borġ u l-qraba tiegħu, saħansitra anke kien isewgwihom mingħajr ebda raġuni.
Dan kien li ħareġ mix-xhieda tas-Supretendent Keith Arnaud fil-kumpilazzjoni tal-evidenza tal-qtil ta’ Eric Borg….iż-żagħżugħ li nqatel b’tiri ta’ senter fl-ewwel jum ta’ din is-sena, fir-Rabat.
Is-supretendent Arnaud xehed li fir-residenza tal-allegat qattiel, Noel Azzopardi nstabu sitt isnieter, li wieħed minnhom kien moħbi wara arloġġ kbir fir-residenza tal-imputat.
Fil-Qorti, xehed ukoll is-supretendent Robert Vella, fejn stqarr li wieħed mill-avukati tad-difiża kien allega argument fl-akwati tal-għelieqi tiegħu.
Fil-kumpilazzjoni tal-evidenza, il-psikjatra Joseph Vella Baldacchino xehed ukoll li fil-passat, Noel Azzopardi kien jieħu mediċina kontra l-iskizofrenija.
Kien għal-ħabta tat-3:30pm, fl-ewwel jum tas-sena meta l-pulizija daħlitilha rapport li kien hemm raġel mixħut fuq il-bankina, fl-inħawi tan-nigret, ir-Rabat Malta.
Kien irriżulta li Eric Borġ ta’ 27 sena intlaqat minn żewġ tiri ta’ senter f’dahru, hekk kif ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post. Ftit tas-sigħat wara Noel Azzopardi daħal l-għassa tar-Rabat jagħti ruħu b’idejh għal dan ir-reat, iżda minkejja dan huwa qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużati miġjuba kontrih.
//= $special ?>