Sewwieq ta’ mutur li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident ta’ traffiu f’Santa Venera.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-1720 tal-Erbgħa waranofsinhar fi Triq Reġjonali biswit il-mini – direzzjoni lejn il-Marsa meta għal xi raġuni seħħ l-impatt bejn il-mutur u żewġ karozzi.
Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħa lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>