BAHRAIN……………1
ĠAPPUN……………..3
Il-Ġappun avvanzaw għall-kwarti finali tat-Tazza tal-Asja b’rebħa meritata ta’ 3-1 fuq Bahrain.
Il-Ġappunużi ħadu l-vantaġġ fl-31 minuta permezz ta’ Ritsu Doan, bit-tieni gowl jasal ftit minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima mill-attakkant ta’ Real Sociedad Takefusa Kubo.
Bahrain naqsu l-iskor fl-64 minuta meta Zion Suzuki xeħet fix-xibka tiegħu stess.
Il-Ġappun ikkonfermaw ir-rebħa kruċjali fit-72 minuta meta Ayase Ueda xeħet ġewwa mis-suġġeriment ta’ Maikuma.
IRAN……………………….. 1 (5)
SIRJA…………………………1 (4)
Fil-partita l-oħra kieni l-Iran li ħarġu rebbieħa mill-konfront kontra s-Sirja wara l-għoti tal-penalties.
Żewġ penalties kienu l-gowls skorjati fid-90 minuta logħob, bl-ewwel gowl jasal għall-Iran fl-34 minuta minn Mehdi Taremi, filwaqt li l-gowl tad-draw wasal fl-64 minuta minn Omar Khirbin.
L-Iran daħlu għal ħin barrani b’għaxar plejers hekk fil-91 minuta tkeċċa l-awtur tal-gowl Mehdi Taremi.
Il-penalties skorjati għal Iran waslu minn Karim Ansarifaard, Ramin Rezaeian, Omid Ebrahimi, Mahdi Torabi u Ehsan Hajsafi.
Filwaqt li dawk skorjati għas-Sirja waslu minn Pablo Sabbag, Alham Ousou u Al Dali, b’ Fahad Youssef ikun dak li ma jsibx ix-xibka.
Rawnd tal-aħħar tas-sittax
Awstralja v Indoneżja 4-0
Tajikstan v UAE 1-1 (5-3)
Iraq v Ġordan 2-3
Qatar v Palestina 2-1
Uzbekistan v Tajlandja 2-1
Aarbja Sawdija v Korea t’Isfel 1-1
Bahrain v Ġappun 1-3
Iran v Sirja 1-1 (5-4)
//= $special ?>