Tifel ta’ 12-il sena weġġà gravi wara li ttajjar minn karozza f’Bormla.
L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tat-7:45 fi Triq l-Oratorju f’Bormla.
Il-Pulizija marru fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Bormla stess.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti fejn ftit tal-ħin wara t-tifel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>