Lokali

Ċiklist mill-Mellieħa fil-periklu tal-mewt wara li nstab minn bidwi mixħut fl-art

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Mellieħa qed jissielet għal ħajtu fl-Isptar Mater Dei wara li nstab minn bidwi mixħut mal-art biswit ir-rota li kien qed isuq għall-ħabta tas-1 pm fl-inħawi ta’ Triq Dawret il-Mellieħa, Il-Mellieħa.

Il-bidwi immedjatament ikkuntattja s-servizzi ta’ l-emerġenza, biċ-ċiklist jingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija sabiex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ għadhom għaddejjin.