Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello ordnat li rapport ta’ Martin Van Der Meij, eks uffiċjal espert tal-Europol għalissa jinżamm issiġillat. Ordnat li ma jissemmew l-ebda persuni li huma suspettati fl-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Madankollu ħalliet lid-difiża tistaqsi jekk Yorgen Fenech jissemmiex fl-investigazzjoni li saru mill-espert li kien qed jixhed. Hawn ir-risposta minn naħa Van Der Meij kienet fin-negattiv meta wieħed jitkellem fuq l-investigazzjoni tal-bidu.
L-espert Olandiż ippreżenta rapport fil-Qorti dwar l-assasinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Meta dan ġie mistoqsi mill-prosekuzzjoni jekk jissemmewx xi kumpaniji, l-Qorti ma tagħatx permess li dawn isiru.
Meta d-difiża u l-prosekuzzjoni xtaqu li jistaqsu xi domandi aktar fil-fond dwar l-istħarriġ li għamel, il-Qorti ordnat li x-xhud ma jistax jiġi mistoqsi dwar l-ismijiet ta’ persuni oħra li kienu suspettati b’involviment fil-qtil. Il-prosekuzzjoni xtaqet tkun taf jekk issemmewx xi kumpaniji ta’ Fenech, u hawn il-Qorti qalet li dawn id-domandi ma jistgħux jsiru u qalet lix-xhux biex ma jwieġibx.
Martin Van Der Meij ġie Malta għal ta’ l-apposta biex jixhed dwar eżami forensiku li għamel fuq mowbajl tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. L-eks espert kien qed jixhed fil-proċeduri ta’ kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech li reġgħu nfetħu wara deċiżjoni f’Ottubru 2023 mill-Qorti tal-Appell Kriminali.
Dik is-sentenza tagħat struzzjonijiet lill-Maġistrat li tippresiedi l-kumpilazzjoni tal-provi biex tisma’ numru ta’ xhieda speċifiċi, inkluż espert tal-Europol li kien estratt data mill-mobile ikklownjat ta’ Daphne Caruana Galizia
Meta tela’ fuq il-pedana tax-xhieda, l-espert ġie mistoqsi mill-qorti jekk huwiex f’pożizzjoni li jressaq ir-rapport tiegħu, Van Der Meij wieġeb fl-affermattiv. Huwa għadda envelop A4 abjad issiġillat li fih rapport ta’ analiżi tal-operat, twil 106 paġna. Dan ġie abbozzat b’rabta mal-kompitu mogħti lilu bħala espert tal-qorti maħtur mill-Maġistrat Anthony Vella, illum Imħallef.
Tenna li l-analiżi saret lejn l-aħħar tas-sena 2017. L-analiżi kienet ta’ dejta mwettqa fuq mobajl ikklownjat, sim card u hard drive ta’ dejta estratta mill-ħażna tal-cloud. Huwa ta ħarsa ġenerali tad-data rkuprata mill-apparati.
Qal li Caruana Galizia kienet tikkomunika permezz tal-email u WhatsApp fost mezzi oħra, jgħid. Qal li dfik li kien qed jippreżenta hija kopja eżatta ta’ dak li kien għadda lill-inkjesta Maġisterjali. Is-Supretendent Keith Arnaud talab lil Van Der Meij jispjega l-proċess.
Qal li twettqet biss fuq iż-żewġ esebiti eżaminati u mhux fir-rigward ta ‘xi informazzjoni oħra. “Id-dejta kollha, li tikkonsisti l-aktar f’komunikazzjoni bl-email, fejn dawn kienu bl-eluf. Iffokajt biss fuq emails bil-lingwa Ingliża, u ta parir li persuna li titkellem bil-Malti jkun ingaġġat biex janalizza l-emails bil-Malti.”
L-Avukat Charles Mercieca talab biex jara r-rapport, iżda t-talba tiegħu kienet miċħuda f’dan l-istadju sakemm il-qorti tistabbilixxi li l-ebda sors mhu f’riskju. Waqt li kien qed iwieġeb lill-qorti, l-espert qal li ma jafx jekk qattx ġew analizzati l-emails Maltin.
Tenna li r-rapport ġie ppreżentat f’Mejju 2018, iżda ġie ffinalizzat qabel. L-Avukat Mercieca qal li r-rwol tax-xhud kien li jidentifika x-xenarji possibbli li wasslu għall-qtil. Ġew stabbiliti seba’ xenarji. Persuni differenti identifikati bħala instigaturi possibbli, skont ix-xhud.
L-Avukat Mercieca qal li Yorgen Fenech ġie meqjus bħala l-mandat, l-instigatur, il-qattiel u li kollox beda u spiċċa minnu, xi ħaġa li huwa qed jiċħad totalment, Tenna li għaldaqstant huwa mportanti nkunu nafu min huma l-persuni.
Is-Supretendent Keith Arnaud oġġezzjona għas-suġġeriment tad-difiża li fost ix-xenarji eżaminati, kien hemm dawk li jinvolvu politiċi u oħrajn meqjusa bħala membri tal-familja tal-vittmi. Kien hawn li l-Qorti ordnat li r-rapport jinżamm taħt siġill.
“Il-possibbiltà li jkun hemm suspettati identifikati mill-Europol bħala instigaturi tal-qtil huma fatti inkwistjoni,” tenna l-avukat. Il-Qorti hawn reġgħet qalet li r-rapport għandu jinżamm taħt siġill sa issa. Ix-xhud ma jistax jiġi mistoqsi dwar l-ismijiet ta’ persuni oħra li kienu suspettati b’involviment fil-qtil, qalet il-qorti.
Madankollu hi ppermettit mistoqsija dwar jekk Yorgen Fenech huwiex imsemmi fix-xenarji. Fenech jissemma f’din il-lista? Iva jew le?” “Le.” wieġeb l-espert. Parti mill-analiżi kienet għaddejja mid-dejta u tipprova tiddeskriviha. Aktar minn 40,000 email ġew eżaminati u kategorizzati skont is-suġġetti u l-importanza. Arnaud jistaqsi lix-xhud jekk jiftakarx il-ġurnata li kien lesta r-rapport. “Nemmen li kont iffinalizzajtu fl-14 ta’ Mejju 2018.”
L-avukat Roberta Bonello, waħda mill-esperti maħtura biex tittraskrivi r-recordings, kienet l-aħħar xhud. Tispjega li hemm drabi fejn in-nies kienu qed jitkellmu fuq xulxin u ma setgħux jiġu traskritti verbatim. Fejn ma kienx ċar, hija ħalliet vojt u ma ppruvatx tiddeduċi l-partijiet imqarrqa mill-kuntest.
Mercieca jistaqsi lix-xhud jekk kienx hemm xi parti mill-konverżazzjoni ma’ Edwin Brincat li tinftiehem. Kien hemm, qalet, iżda minħabba d-diskors li jikkoinċidi ma setgħetx traskrivih għall-istandard meħtieġ fil-qorti. Persuni li jisimgħu l-konversazzjoni jsibuha aktar aħjar biex jifhmu, speċjalment jekk kienu diġà familjari mal-vuċijiet.
L-ewwel xhud ta’ wara nofs inhar kien l-espert imqabbad mill-Qorti Martin Bajada li qal li b’konformità mal-ordnijiet tal-Qorti, kien qed jesebixxi hard drive estern li fih id-data ta’ mobajl ilkklownja mitluba lilu mill-Qorti.
Bajada għadda kopji lid-difiża, lill-prosekuzzjoni u lill-parte civile. Qal li ma setax jesebixxi l-kontenut tal-mowbajl ta’ Keith Schembri għax hemm fis-seħħ għax dan qiegħed f’idejn il-Qorti Kostituzzjonali li trid tiddeċiedi fuq Schembri fi proċeduri oħra.
Iċċara li minkejja li l-mowbajl ta’ Schembri ma kienx maħżun fl-istess stat li kien ħallieh, huwa ma ssuspettax tbagħbis. “Hemm proċeduri kostituzzjonali għaddejjin dwar dan,” huwa qal. Huwa talab awtorizzazzjoni biex jinbidel il-pakkett tal-batterija, peress li kien sar ħsara u l-mobajl issa spiċċ minfuħ.
L-Avukat Mercieca jistaqsih dwar il-projbizzjoni imposta mill-qorti dwar il-mowbajls. Bajada jwieġeb li ma setax jagħti indikazzjoni meta din l-ordni se titneħħa minħabba l-każ kostituzzjonali li għaddej. It-tieni espert tal-qorti, il-Prokuratur Legali Quentin Tanti kien xhud ieħor fejn qal li kien ħejja rapport dwar apparat fil-preżenza tal-maġistrat inkwirenti, li issa jesebixxi.
L-Avukati Charles Mercieca, Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri qed jidhru għal Fenech. L-Avukati Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi qed jassistu lill-familja Caruana Galizia. L-Avukati tal-AĠ Anthony Vella u Godwin Cini qed imexxu l-prosekuzzjoni. Il-każ ikompli nhar it-Tnejn.
//= $special ?>
