Lokali

ILLUM: Protesta mill-bdiewa minn Ta’ Qali sal-Furjana

Illum, numru ta’ bdiewa mistennija jipprotestaw fit-toroq Maltin, bil-għan li jitolbu għal tnaqqis ta’ taxxa u kontrol aħjar fuq l-importazzjoni. Huma mistennija jsuqu l-vetturi tagħhom mnn Ta’ Qali sal-Furjana fi protesta li se tibda fil-11:30 am.

Il-prostesta li ser tkun twila madwar 12-il km, qed tiġi organizzata mill-Għaqda Bdiewa Attivi waqt li produtturi oħra tal-ikel huma mistiedna sabiex jattendu.

Prostesti simili qed isiru f’numru ta’ pajjiżi fl-Ewropa fosthom il-Belġju, Franza, l-Ġermanja, l-Greċja u l-Polonja fost oħrajn.

Il-Bdiewa qegħdin jitolbu wkoll għal tnaqqis fil-prezz tal-elettriku, dan hekk kif huma qed isibuha ferm diffiċli sabiex ikollhom qlieħ xieraq hekk kif il-prezz tal-enerġija u l-prezz tal-fertilanti kontinwament qed jogħlew.

Fid-dawl ta’ dan kollu l-Partit Nazzjonalista qal li minflok jipprova jagħlaq ħalq il-bdiewa u r-raħħala milli jeżerċitaw id-dritt fundamentali, l-Gvern għandu jiffoka l-enerġija tiegħu bili jassisti bl-aqwa mod dan is-settur tant kruċjali għal pajjiżna.