Lokali

Il-Gvern għadu jkaxkar saqajh fuq il-ħarsien tal-annimali

Il-Gvern ta’ Abela ilu mill-2020 sabiex iwettaq riformi fil-liġijiet taz-zoos f’pajjiża….l-ewwel bi tnedija ta’ White Paper li sussegwentament waqaf kollox fi ftit aktar minn 24 siegħa….imbgħad sena wara kien ħabbar li kienu qed iwettqu impact assessment dwar dawn iz-zoos liema impact assessment jidher li għad m’għandnix aħbaru.

Net News staqsa lil Alicia Bugeja Said x’sar minnu dan kollu….bis-Segretarju Parlamentari tgħidilna li, wara dawn is-snin kollha,  il-proċess għadu għaddej.  

Minn white paper għal oħra, hekk kif f’Ottubru tal-2023 il-Gvern ressaq White Paper b’rabta mar-regolamentazzjoni ta’ fost oħrajn pet groomers, pet sitters, breeders u trainers konsultazzjoni li kellha tasal fi tmiemha f’Novembru.

Iżda skont Bugeja Said il-konsultazzjoni għadha għaddejja….għaliex il-laqgħat waslu fi tmiemhom ftit tal-ġimgħat ilu.

U filwaqt li din issa mistennija titla fil-Parlament fil-ġimgħat li ġejjin…bit-time-frame għadu wieħed vag għall-aħħar – daqstant huwa vag x’qed isir mill-Isptar tal-Annimali f’Ta’ Qali.

Dan hekk kif filwaqt li f’Awwissu kelliema għall-Gvern kienu qalu li dan l-isptar kellu jingħalaq minħabba li ġarrab ħsarat serji meta nqata d-dawl – sussegwentament qalu li ma kellux liċenzja biex jopera għaliex l-unika veterinarju li kien hemm, telaq.

Net News staqsa lis-Segretarju Parlamentari tistax tikkonferma jekk dan l-Isptar fetaħx jew le wara dawn ix-xhur kollha b’Bugeja Said, responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali, ma tkunx taf twieġeb – għax qalet li dan huwa sptar privat.