Il-milizji tal-Houthi qed jgħidu li huma responsabbli għal attakk fuq vapur tal-merkanzija operat mill-Istati Uniti, il-KOI, fil-Baħar l-Aħmar.
Il-kumpanija tas-sigurtà marittima Ambrey rrappurtat splużjoni fuq bastiment qrib il-port ta’ Aden fil-Jemen iżda ma speċifikatx il-vapur.
B’reazzjoni għal dan, l-Istati Uniti wettqet attakki mill-ajru fil-Jemen, immirati lejn 10 drones li allegatament kienu qed jitħejjew għall-atrakki.
Il-KOI, identifikat bħala vapur tal-kontejners li qed ibaħħar taħt il-bandiera tal-Liberja operat minn Oceonix Services, huwa parti mill-flotta tal-istess kumpanija, li tinkludi wkoll it-tanker taż-żejt Marlin Luanda li dan l-aħħar ġarrab xi ħsarat b’attakk ta’ missila.
//= $special ?>