F’intervista li saritlu fuq F living, l-eks Prim Ministru, Joseph Muscat qal li l-unika soluzzjoni li jara għat-traffiku hi li wieħed imur “isuq fid-deżert”.
Għal snin sħaħ, jum wara l-ieħor, fil-maġġoranza tas-sigħat is-sewwieqa jsibu ma’ wiċċhom traffiku emormi madwar il-pajjiż kollu. Dan iwassal biex numru kbir ta’ ħaddiema jaslu tard għax-xogħol, għal appuntamenti jew qadjiet li jkollhom sempliċiment imwaħħlin għal ħin twil f’serbut ta’ karozzi f’zoni varji tal-pajjiż.
Iżda għal Joseph Muscat din hi biss xi ħaġa normali u ma jagħtix x’jifhem li l-Gvern Laburista se jkun qed isib soluzzjoni għalihom.
//= $special ?>