Il-Union tal-Għalliema (MUT) qed twissi li jekk in-negozjati se jerġgħu jfallu mill-ġdid se jknu qed jidħlu numru ta’ azzjonijiet ġodda għall-edukaturi membri tal-Union.
F’notifika li ħarġet il-Union intqal li l-MUT u l-Ministeru tal-Edukazzjoni ħarġu dati sakemm għandu jintlaħaq qbil għan-negozjati li għadhom għaddejjin; negozjati li ilhom fis-seħħ għal xhur sħaħ.
Dawn in-negozjati jinkludu dawk b’rabta mal-Istitut tal-Edukazzjoni, l-MCAST, u l-ITS. Hekk kif issa hemm miri ċari għall-partijiet kollha, sensiela ta’ laqgħat ġew skedati biex jiġu finalizzati n-negozjati.
L-MUT qalet li l-azzjonijiet industrijali se jirriżultaw f’azzjonijiet tant meħtieġa bl-għan li l-awtoritajiet jieqfu jkaxkru saqajhom.
//= $special ?>