Internazzjonali Sport

Jidher li Lewis Hamilton jista’ jingħaqad ma’ Ferrari

Ritratt: Sky Sports

Skont rapporti internazzjonali Lewis Hamilton mistenni jitlaq lil Mercedes u jingħaqad ma’ Scuderia Ferrari mill-2025 wara li fl-2024 jintemm il kuntratt li għandu ma’ Mercedes.

Huwa mistenni jieħu post Carlos Sainz ma’ Ferari.

Hamilton li rebaħ il-Kampjonat 7 darbiet ,rebaħ xejn anqas minn 103 Gran Prix u 104 pole position.

L-aħħar darba li rebaħ Gran Prix kien fl-2021 bl-ewwel Gran Prix mirbuħ ma’ McLaren fl-2008 qabel ma ingħaqad ma’ Mercedes fl-2013.

Ferrari l-aħħar li rebħu l-Kampjonat F1 kien fl-2007 b’Kimi Raikkonen. L-istess Ferrari sa issa naqsu milli jikkonfermaw lil Carlos Sainz għal wara l-2024 fejn kollox jindika li Sainz favorit li jmur ma’ Audi fl-2025 filwaqt li Charles Leclerc ingħata kuntratt ġdid minn Ferrari għal wara l-2024.